Stqarrijiet Għall-Istampa

Arrestati ħames persuni b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

PR 580 26 Arrestati ħames persuni b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga Tissokta bla waqfien il-ġlieda tal-Korp tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga b’aktar suċċessi, hekk kif fl-aħħar sigħat ġew arrestati ħamest irġiel oħra, f’żewġ investigazzjonijiet separati. Fl-ewwel investigazzjoni, wara sorveljanza fuq propjeta’ fl-Imsida u oħra f’Ħal Balzan, matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Pulizija arrestat... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Persuna arrestata b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Raħal Ġdid

PR 578 26 Persuna arrestata b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Raħal Ġdid Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Raħal Ġdid ħalliet il-frott hekk kif fi ftit sigħat, l-allegat ħalliel, raġel ta’ 44 sena residenti Santa Luċija, ġie arrestat. Il-każ seħħ nhar il-Ħamis, meta għall-ħabta tat-tlieta nieqes għoxrin ta’ filgħodu (0240hrs), waqt li l-Pulizija... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Inċident tat-traffiku f’Ħal Safi

PR 577 26 Inċident tat-traffiku f’Ħal Safi Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu (0230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Carmelo Caruana, Ħal-Safi. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq tilef il-kontroll tal-vann Peugeot Expert li kien qed isuq u ħabat f’ċint fil-ġenb... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Raġel bi ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

PR 576 26 Raġel iweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku Taljan ta’ 40 sena u jgħix San Pawl il-Baħar, kmieni dalgħodu weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Andrija, is-Swieqi. Kienu għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu (0200hrs), meta ntalbet l-assistenza, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-Taljan tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki li kien qed isuq u nqaleb. Is-sewwieq tal-mutur ingħata... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Żewġ Ingliżi arrestati fl-ajruport

PR 569 26 Żewġ Ingliżi arrestati fl-ajruport Żewġ Ingliżi, raġel ta’ 33 sena u mara ta’ 32 sena, nhar l-Erbgħa bil-lejl kienu arrestati fl-ajruport waqt li allegatament kienu qegħdin jitraffikaw id-droga. Kienu għal xi l-ħdax (2300hrs), meta l-pulizija irċeviet telefonata anonima li fis-sala tat-tluq kien hemm mara u raġel, allegatament ibiegħu d-droga. Wara li l-pulizija... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Raġel bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

PR 568 26 Raġel iweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku Taljan ta’ 26 sena u jgħix Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa. Kienu għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), meta ntalbet l-assistenza, fejn millewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Peugeot Tweet misjuq mir-raġel u vettura li telqet minn fuq il-post. Is-sewwieq... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

PR 567 26 Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga Sorveljanza oħra b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Għaxaq u raġel ta’ 46 sena residenti r-Rabat, Għawdex. Huma nstabu fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga u armi tan-nar. Iż-żewġt irġiel twaqqfu aktar kmieni llum f’Raħal il-Ġdid,... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Raġel iweġġa’ fil-Qrendi

PR 565 26 Raġel iweġġa’ fil-Qrendi Illum, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 67 sena u jgħix il-Qrendi, waqt li kien fil-garaxx tiegħu, għal xi raġuni, vettura Isuzu D-Max,... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Pulizija midruba waqt arrest fil-Belt Valletta

PR 564 26 Pulizija midruba waqt arrest fil-Belt Valletta Illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa (1230hrs), pulizija li kienu għaddejjin bil-vettura tas-servizz fi Triq San Mark, il-Belt Valletta, twaqqfu minn xi persuni u kienu nfurmati li hemm argument bejn żewġt irġiel Maltin. Minnufih il-Pulizija niżlu mill-vettura fejn sabu li ż-żewġ persuni involuti fi Triq San Patrizju, illi waqt... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Persuna arrestata b’rabta ma’ serqa minn fuq anzjana

PR 563 26 Persuna arrestata b’rabta ma’ serqa minn fuq anzjana Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija b’rabta ma’ serqa fuq anzjana ħallew il-frott hekk kif fis-sigħat illi għaddew, l-allegat ħalliel ġie identifikat u arrestat. Il-każ seħħ il-Ħadd illi għadda, meta għal xi s-sebgħa ta’ filgħaxija (1900hrs), mara ta’ 81 sena residenti Birkirkara, irraportat fl-Għassa tal-Pulizija li kienet... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

28 kilo droga maqbuda, 8 persuni arrestati f’żewġ operazzjonijiet kontra t-traffikar tad-droga

PR 560 26 28 kilo droga maqbuda, 8 persuni arrestati f’żewġ operazzjonijiet kontra t-traffikar tad-droga Il-Pulizija Maltija kompliet tintensifika l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga permezz ta’ żewġ operazzjonijiet separati li saru fl-aħħar sigħat f’Malta u Għawdex. Dawn wasslu għall-arrest ta’ tmien persuni u s-sejba ta’ aktar minn 20 kilo sustanza suspettata eroina u... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Raġel jinstab mejjet f’San Ġiljan

PR 558 26 Raġel jinstab mejjet f’San Ġiljan Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu (0630hrs), il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm raġel li allegatament kien bla ħajja fil-Ġnien Spinola, San Ġiljan. Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport. Minnufih bdew l-investigazzjonijiet fejn irriżulta li ftit tal-ħin qabel, allegatament kien seħħ... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Ħabta bejn vann u karozza f’Ħaż-Żabbar

PR 550 26 Ħabta bejn vann u karozza f’Ħaż-Żabbar Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kappuċċini, Ħaż-Żabbar. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Ħal Qormi u vann Peugeot Expert misjuq minn... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Mara tinstab bla ħajja f’għalqa fil-Marsa

PR 548 26 Mara tinstab bla ħajja f’għalqa fil-Marsa Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-għaxra u għoxrin ta’ filgħodu (1020hrs), Pulizija li kienu għaddejjin fuq ronda bil-passa. ġew avviċinati minn persuna li infurmahom li, f’għalqa li tinsab biswiet Triq is-Salib tal-Marsa, Marsa, kien hemm mara li allegatament kienet bla ħajja. by a person who informed them... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Raġel isofri ġrieħi gravi wara waqgħa

PR 547 26 Raġel isofri ġrieħi gravi wara waqgħa Illum, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu (0600hrs), il-Pulizija kienet infurmata b’inċident fi blokka ta’ appartamenti fi Triq Manuel De Vilhena, il-Gżira. Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Brażiljan ta’ 30 sena kien waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’xaft. Fuq il-post, ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Inċident waqt parasailing f’San Ġiljan

(PR 538/26 & PR 539/26) Inċident waqt parasailing f’San Ġiljan Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha wara li madwar mil u nofs ‘il barra mill-kosta ta’ San Ġiljan, weġġgħu xi persuni. Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara u raġel kienu... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Ġuvni arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga

(PR 536/26) Ġuvni arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga Ġuvni ta’ 16-il sena kien arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni dwar allegat traffikar tad-droga. Huwa twaqqaf wara li l-Pulizija nnutatu jsuq vettura u wara li pparkja, niżel minnha u telaq bil-mixi. Hekk kif ġie avviċinat mill-Pulizija, huwa pprova jaħrab, iżda ġie arrestat mill-ewwel. Minn tfittxija li saret... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema

(PR 535/26) Inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija (2230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel Marokkin u mara Franċiża, it-tnejn għandhom 73 sena, intlaqtu minn mutur Kymco Agility 16+ 125 misjuq minn raġel Franċiż ta’ 26... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

(PR 534/26) B’referenza għal diversi rapporti li dehru fil-media dwar investigazzjonijiet tal-Pulizija fir rigward ta’ wħud mill-ġurati fil-ġuri ta’ Yorgen Fenech, għandu jiġi ċċarat li l-investigazzjoni hija marbuta mal-ġurament meħud mill-ġurati qabel il-bidu tal-ġuri. L-investigazzjoni tal-Pulizija hija ffukata esklussivament fuq dawn id-dikjarazzjonijiet, speċifikament fuq kummenti pubbliċi li wħud mill-ġurati setgħu allegatament għamlu qabel beda l-ġuri,... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Raġel isofri ġrieħi serji wara waqgħa

(PR 533/26) Raġel isofri ġrieħi serji wara waqgħa Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (1430hrs), il-Pulizija kienet infurmata b’inċident fi blokka ta’ appartamenti fi Triq Forrest, San Ġiljan. Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Sirjan ta’ 18-il sena residenti Santa Venera, waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari ġol-komun tal-blokka waqt li kien qiegħed jagħmel... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Anzjan isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

(PR 532/26) Raġel isofri ġrieħi serji wara waqgħa Raġel ta’ 87 sena residenti San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (1330hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq San Ġlormu, San Pawl il-Baħar. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan intlaqat minn vettura tal-għamla Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 40... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Raġel isofri ġrieħi serji

(PR 531/26) Raġel isofri ġrieħi serji Raġel ta’ 47 sena mill-Arġentina sofra ġrieħi serji wara inċident li seħħ għall-ħabta ta’ l-għaxra u nofs ta’ dalgħodu (1030hrs), fi scrap yard, fi Triq tal-Barrani, Żejtun. Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed jaqta’ l-ħadid b’apparat tal-gas, għal xi raġuni seħħet xi ħsara fl-istess apparat,... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Ħabta bejn karozza u mutur fiż-Żejtun

(PR 530/26) Ħabta bejn karozza u mutur fiż-Żejtun Illum, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu (0700hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Daihatsu Sirion misjuqa minn raġel ta’ 81 sena residenti Żejtun u mutur Kymco misjuq minn... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Inċident fatali tat-traffiku fil-Gudja

(PR 528/26) Inċident fatali tat-traffiku fil-Gudja Raġel ta’ 34 sena residenti Bormla, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ għall ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu (0945hrs) fi Triq Ħal Far, il-Gudja. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn trakk Leyland Cruiser misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti ż-Żurrieq u mutur Yamaha... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha

Ħabta bejn vann u mutur fin-Naxxar

(PR 527/26) Ħabta bejn vann u mutur fin-Naxxar Illum, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu (0530hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salina, in-Naxxar. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Liteace misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti Birkirkara u mutur Wayel LX02 misjuq... Read more »

Aqra l-Istqarrija Kollha
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.