PR 635/26

Raġel arrestat b'rabta ma' importazzjoni ta' droga

Marokkin ta’ 45 sena ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ 150 kapsula mimlija b’sustanza suspettata droga raża tal-kannabis.

Wara informazzjoni miġbura rriżulta li l-Marokkin kien qiegħed jivvjaġġa mill-Marokk għal Spanja u wara lejn Malta, b’suspett li aktarx huwa involut f’ċirku kriminali ta’ traffikar tad-droga. Għaldaqstant, kekk kif il-Pulizija rċeviet l-informazzjoni li kien se jasal Malta fuq titjira minn Madrid, saru spezzjonijiet fuq il-passiġġieri ta’ din it-titjira u ġie arrestat.

Din l-operazzjoni ħalliet il-frott mixtieq hekk kif wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei u saru l-iscans neċessarji, instabu mal-150 kapsula fl-istonku tiegħu, total ta’ kilo u nofs suspettata raza tal-kannabis, b’valur fit triq ta’ €30,000.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D. ġie infurmat u fetaħ inkjesta, filwaqt li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

Sa dan it-tant huwa qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija għal aktar stħarriġ u mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Abigial Criten LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.