PR 593/26

Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku
Tliet sewwieqa ta’ muturi ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni llum weġġgħu fi tliet inċidenti separati tat-traffiku.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu (0500hrs), fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan. Raġel ta’ 35 sena residenti San Ġiljan, li kien qed isuq mutur Keeway Cityblade, għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.
It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa nieqes kwart ta’ filgħodu (0645hrs), fi Vjal l-Indipendenza, l-Fgura.Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Merecedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Imġarr u mutur Malaguti Centro 125 misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar, li ttieħed l-isptar għall-kura.
It-tielet inċident ġara għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu (0900hrs), fi Triq il-Korp tal-Pijunieri San Pawl il-Baħar. Ħabta bejn Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara u mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti San Pawl il-Baħar waslet biex l-anzjan weġġa’
Tim mediku ta’ l-assistenza fit-tliet inċidenti, fejn l-irġiel ta’ 35 sena, 28 sena u 67 sena, ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.