PR 639/26

Tliet persuni arrestati wara investigazzjoni dwar traffikar ta’ droga f’Għawdex

Investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga f’Għawdex, wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel ta’ 75 u 41 sena kif ukoll mara ta’ 57 sena, kollha residenti Għawdex.

Waqt sorveljanza li saret ilbieraħ fuq blokka ta’ appartamenti fi Triq taċ-Ċawla, ir-Rabat, il-Pulizija nnutat lir-raġel ta’ 41 sena ħiereġ mill-post u sussegwentement twaqqaf u ġie arrestat. Fi tfittxija li saret fuqu nstab fil-pussess ta’ żewġ qratas b’sustanzi suspettati eroina u kokaina.

Għalhekk, bl-informazzjoni li f’appartament minnhom allegatament kien qiegħed isir il-bejgħ tad-droga, il-Pulizija daħħlet fl-apartment fejn ġew arrestati r-raġel l-ieħor u l-mara. Waqt it-tfittxijiet li saru fil-post u fil-vettura tal-mara, il-Pulizija sabet diversi qratas b’sustanzi suspettati eroina u kokaina, kif ukoll madwar €80,000 fi flus kontanti.

Dwar il-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D li ħatar Inkjesta, mgħejjun minn diversi esperti biex jassistuh,

filwaqt li l-persuni mistennija jitressqu fil-Qorti t’Għawdex aktar tard illum.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.