PR 623/26

Five persons arrested in connection with alleged trafficking of drugs in St Paul's Bay

Ħames persuni ġew arrestati mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni dwar allegat traffikar ta’ droga f’San Pawl il-Baħar.

Wara informazzjoni li waslet għand il-Pulizija, nhar it-Tnejn filgħaxija l-Pulizija għamlu tfittxija f’appartament, fejn ġew arrestati erba’ persuni. Wieħed minnhom ipprova jaħrab, iżda ġie arrestat mill-ewwel.

Il-persuni arrestati huma raġel ta’ 25 sena, tnejn oħra ta’ 20 sena u tfajla ta’ 16-il sena.

Mit-tfittxijiet li saru fl-appartament ġew elevati madwar 150 qartas b’sustanzi suspettati eroina, kokaina, kif ukoll kannabis. Ġew elevati wkoll madwar €5,000 fi flus kontanti u diversi mowbajls.

L-għada t-Tlieta ġiet arrestata mara oħra ta’ 27 sena b’rabta mal-istess investigazzjoni.

Bil-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL. D, li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

Uħud minn dawk arrestati mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.