PR 661/26

Inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema


Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-tlieta (0300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imrabat, Tas-Sliema.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Tork ta’ 23 sena residenti Tas-Sliema tilef il-kontroll tal-BMW li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt. Fil-vettura kien hemm ukoll Tork ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel għall-kura l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, il-passiġġier kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni tax-xufier għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.