PR 663/26

Jitwaqqfu aktar minn 8,000 vettura
fi 380 kontroll tat-traffiku f’Ottubru

Hekk kif issoktat il-ħidma għal aktar sigurtà fit-toroq, matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-Pulizija wettqet madwar 380 kontroll tat-traffiku (road checks) oħra, li fihom twaqqfu mat-8,135 vettura u nħarġu 575 taħrika u 55 akkuża.

Saru wkoll 26 test fuq persuni suspettati li kienu qed isuqu taħt l-effett tad-droga jew tal-alkoħol, li minnhom erba’ persuni rriżultaw pożittivi għall-alkoħol u persuna pożittiva għad-droga.

Waqt li din il-ħidma, li titwettaq minn diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija, kemm matul il-ġurnata kif ukoll billejl, l-appell lis-sewwieqa jibqa’ l-istess – li wieħed josserva r-regolamenti tat-traffiku u jsuqu b’responsabbiltà.

Dan l-appell qiegħed isir ukoll fid-dawl li fil-jiem li għaddew ġie mfakkar il-Jum Dinji għall-Vittmi ta’ Inċidenti tat-Traffiku. F’dan il-jum internazzjonali mhux biss niftakru f’dawk li tilfu ħajjithom jew li korrew serjament f’inċidenti tat-traffiku, imma wkoll biex titqajjem kuxjenza li l-inċidenti tat-traffiku jistgħu jiġu evitati u li kull ħajja hija importanti.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.