Bħala vittma tal-kriminalità jew xi ħadd li ra reat, hemm affarijiet li tista’ tistenna mis-sistema tal-pulizija u tal-ġustizzja kriminali. Id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità kif stipulat mill-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità (Kapitolu 539, tal-Liġijiet ta’ Malta).
Il-vittma tal-krimintalità huwa kull min jintlaqat mir-reat, mhux biss min jolqtu direttament, imma anke l-ħbieb, il-familja u kwalunkwe persuna oħra involuta. Ma tagħmilx differenza meta sar ir-reat.
Jekk inti vittma tal-kriminalità, inti intitolat għal aċċess tal-informazzjoni, gwida legali u appoġġ emozzjonali. L-Aġenzija għas-Sapport tal-Vittmi(VSA), tista’ tgħinek billi tipprovdilek firxa ta’ servizzi ta’ appoġġ, mingħajr ħlas, u mfassla speċifikament għal kull individwu.
Jekk ġejt milqut minn xi reat kriminali, jekk jogħġbok kun af li l-vuċi tiegħek hija b’saħħitha, u s-sigurtà tiegħek hija l-prijorità tagħna. M’intix waħdek, u nħeġġuk biex titkellem. Billi taqsam l-esperjenza tiegħek, int tkun qed tagħmel pass eqreb lejn il-fejqan u l-ġustizzja. Li tibqa’ sieket jista’ jkun taħseb li hija l-iżjed għażla faċli, imma din l-għażla tista’ tħallik iġġorr piż li mhux tiegħek. Flimkien, nistgħu naħdmu għal soluzzjonijiet u ngħinuk issib il-paċi li jixraqlek.
Il-Linja Nazzjonali għas-Sapport topera 7 t'ijiem fil-ġimgha, inkluż fil-festi pubbliċi, mis-7.30 AM sas-7.30 PM. Ċemplilna fuq 116006. Jekk tippreferi tista' wkoll tiktbilna fuq l-imejl [email protected].