PR 634/26

Inċident fatali fiż-Żurrieq


Aktar kmieni llum, raġel ta’ 75 sena residenti Ħal Safi, tilef ħajtu f’inċident li seħħ ġo sqaq fi Triq Wied iż-Żurrieq, iż-Żurrieq.

Kienu xi s-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (0730hrs), xħin intalbet l-assistenza wara li l-Pulizija kienet infurmata li persuna tinsab feruta wara li ntlaqtet minn vettura. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li trakk tal-għamla Isuzu KC, li kien qed jintuża mill-vittma, għal xi raġuni mexa waħdu, bil-konsegwenza li r-raġel, inqabad bejnu u ħajt tas-sejjieħ.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu, imma sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D li ħatret inkjesta u diversi esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.