PR 625/26

Inċident tat-traffiku fl-Għasri

Aktar kmieni llum, żewġ anzjani weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq iż-Żebbuġ, l-Għasri.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), fejn irriżulta li Mazda Demio, misjuqa minn mara ta’ 72 sena, residenti ż-Żebbuġ, kellha impatt ma’ ħajt, kif ukoll ma’ arblu tad-dawl. Fil-karozza kien hemm ukoll passiġġiera, mara ta’ 71 sena.

Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Iż-żewġ nisa ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard, l-anzjana ta’ 71 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.