PR 605/26

Ħaddiem jitlef ħajtu f’inċident f’Ħal Far

Illum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar (1315hrs), il-Pulizija ġiet mitluba tassisti f’sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ħaddiem Tork ta’ 51 sena, residenti l-Imqabba, sofra xi ġrieħi meta waqa’ fuqu xi materjal li kien qed itella’ permezz ta’ tower crane.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Sfortunatament, ftit tal-ħin wara, huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ kien infurmat l-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D li fetaħ inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.