Struttura
Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa organizzat biex jipprovdi servizzi effettivi tal-pulizija, sigurtà pubblika, investigazzjoni kriminali, rispons operattiv u appoġġ organizzattiv madwar Malta u Għawdex. L-istruttura tiegħu hija mfassla biex tiżgura kmand ċar, responsabbiltà, koordinazzjoni u twettiq effiċjenti tas-servizzi fil-funzjonijiet kollha tal-pulizija.
Il-Korp huwa mmexxi mill-Kummissarju tal-Pulizija, li huwa responsabbli mid-direzzjoni ġenerali, l-amministrazzjoni, l-effettività operattiva u t-tmexxija strateġika tal-organizzazzjoni. Il-Kummissarju huwa appoġġjat minn strutturi ta’ tmexxija għolja li jissorveljaw l-investigazzjonijiet, il-pulizija operattiva, is-servizzi tekniċi, il-governanza, ir-riżorsi u l-funzjonijiet ta’ appoġġ.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju
L-Uffiċċju tal-Kummissarju jipprovdi tmexxija u direzzjoni lill-Korp. Huwa jiżgura li l-prijoritajiet tal-pulizija jkunu allinjati mal-ħtiġijiet tas-sigurtà pubblika, l-obbligi legali, ir-rekwiżiti operattivi u l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali.
Il-Kummissarju huwa appoġġjat minn funzjonijiet interni ta’ sorveljanza u standards professjonali, inklużi l-awditjar intern, l-investigazzjonijiet interni u l-istandards professjonali. Dawn il-funzjonijiet isaħħu l-integrità, ir-responsabbiltà, id-dixxiplina u l-konformità fi ħdan l-organizzazzjoni.
Investigazzjonijiet & Sapport Tekniku
Il-qasam tal-Investigazzjonijiet & u Sapport Tekniku jiġbor flimkien funzjonijiet investigattivi u tekniċi speċjalizzati. Dawn it-taqsimiet jappoġġjaw l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja, organizzata, finanzjarja, ċibernetika u kumplessa, kif ukoll servizzi ta’ pulizija ffukati fuq il-vittmi u appoġġ tekniku għall-investigazzjonijiet.
Dan il-qasam jinkludi funzjonijiet relatati ma’:
- il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;
- investigazzjonijiet ta’ reati maġġuri;
- il-protezzjoni pubblika;
- investigazzjonijiet ta’ kriminalità finanzjarja;
- l-immigrazzjoni u r-relazzjonijiet internazzjonali;
- il-kriminalità ċibernetika u l-ġlieda kontra t-terroriżmu;
- ix-xjenza forensika;
- l-appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità.
Dawn it-taqsimiet jipprovdu għarfien speċjalizzat, kapaċitajiet investigattivi, appoġġ ta’ intelliġenza, servizzi forensiċi u rispons iffukat fuq il-vittmi. Il-ħidma tagħhom tappoġġja kemm il-pulizija ta’ fil-frontline kif ukoll investigazzjonijiet kumplessi li jeħtieġu kompetenza teknika jew kooperazzjoni transkonfinali.
Distrett & Sapport Operattiv
Il-qasam tad-Distrett & Sapport Operattiv huwa responsabbli mit-twettiq tas-servizzi tal-pulizija fuq il-frontline u servizzi operattivi oħra. Dan jinkludi d-Distretti tal-Pulizija, funzjonijiet ta’ saport operattiv, il-kmand u l-kontroll, il-kustodja, is-servizzi protettivi, il-funzjonijiet ta’ infurzar u uffiċini ċentralizzati.
Dan il-qasam jappoġġja l-ħidma ta’ kuljum tal-pulizija fil-komunitajiet, fi spazji pubbliċi, fit-toroq u f’ambjenti operattivi oħra. Huwa jipprovdi l-istruttura li permezz tagħha l-Korp jirrispondi għall-inċidenti, jimmaniġġja sejħiet għall-għajnuna, iqassam ir-riżorsi u jżomm l-ordni pubbliku u s-sigurtà.
Id-distretti jiffurmaw parti ċentrali mill-pulizija fil-komunità u mill-għoti ta’ servizzi fuq livell lokali. Huma jipprovdu preżenza viżibbli tal-pulizija, jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-pubbliku, jinvestigaw reati lokali u jaħdmu flimkien mal-komunitajiet, entitajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra.
Il-funzjonijiet tas-Sapport Operattiv jassistu lill-uffiċjali tal-frontline permezz ta’ servizzi speċjalizzati bħall-kmand u l-kontroll, il-ġestjoni tal-kustodja, is-servizzi protettivi, il-liċenzjar, l-infurzar u servizzi amministrattivi ċentralizzati relatati mal-pulizija.
Strateġija & Support
Il-qasam tal-Istrateġija u Sapport jipprovdi l-funzjonijiet korporattivi, amministrattivi, teknoloġiċi, finanzjarji, loġistiċi u strateġiċi meħtieġa għat-tħaddim effettiv tal-Korp tal-Pulizija.
Dan il-qasam jinkludi funzjonijiet relatati ma’:
- ir-riżorsi umani;
- it-taħriġ u l-iżvilupp professjonali;
- is-saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-benesseri tal-impjegati;
- it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;
- il-pulizija diġitali u l-ġestjoni tad-data;
- il-finanzi u x-xiri
- il-quartermaster u l-provvisti;
- il-ġestjoni tal-proġetti;
- il-ġestjoni tal-vetturi;
- l-ippjanar strateġiku u l-ġestjoni tal-bidla;
- il-komunikazzjoni u l-analiżi tal-informazzjoni (insight);
- kwistjonijiet legali u l-protezzjoni tad-data.
Dawn il-funzjonijiet jappoġġjaw il-fergħat operattivi u investigattivi tal-Korp billi jiżguraw li l-uffiċjali u t-taqsimiet ikollhom ir-riżorsi, is-sistemi, it-taħriġ, il-politiki, l-infrastruttura u l-appoġġ amministrattiv meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv.
Governance, Kontabbiltà & Koordinazzjoni
L-istruttura tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta hija mfassla sabiex tappoġġja katina ċara ta’ kmand u oqsma definiti ta’ responsabbiltà. Kull direttorat u taqsima jikkontribwixxu għall-missjoni ġenerali tal-Korp filwaqt li jżommu responsabbiltà ċara fi ħdan il-qasam rispettiv tagħhom.
Dan il-mudell organizzattiv jippermetti lill-Korp jikkoordina r-rispons operattiv, l-investigazzjonijiet kriminali, l-appoġġ speċjalizzat, il-governanza interna, il-ġestjoni tar-riżorsi u l-ippjanar strateġiku. Jappoġġja wkoll il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet nazzjonali, sħab internazzjonali, partijiet interessati fil-komunità u korpi oħra tal-infurzar tal-liġi.
Permezz ta’ din l-istruttura, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jfittex li jipprovdi servizz ta’ pulizija professjonali, responsabbli u reattiv li jipproteġi lill-pubbliku, jipprevjeni u jinvestiga l-kriminalità, jappoġġja lill-vittmi u jħares is-saltna tad-dritt.