Sabiex persuna tkun eliġibbli għal Liċenzja ta’ Stewrds tas-Sigurtà skont l-Att dwar Stewards tas-Sigurtà f’Postijiet tal-Isports, trid tissodisfa kriterji speċifiċi u tgħaddi minn proċess ta’ applikazzjoni strutturat. L-għan huwa li jinżammu standards għoljin ta’ professjonalità, sigurtà u effettività fis-settur tas-sigurtà privata f’postijiet sportivi, sabiex tiġi protetta l-ġid tal-pubbliku waqt avvenimenti sportivi.
Skop
- Pussess ta’ Liċenzja Validu ta’ Steward tas-Sigurtà Individwi għandhom ikunu fil-pussess ta’ liċenzja valida maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex ikunu jistgħu joperaw legalment bħala stewards tas-sigurtà.
Applikazzjoni u Eliġibilità
- Rekwiżiti tal-Età: L-applikanti għandu jkollhom tal-inqas tmintax-il sena sabiex ikunu eliġibbli għal-liċenzja bħala steward tas-sigurtà.
- Sottomissjoni tal-Applikazzjoni: Persuni li jixtiequ joperaw bħala Stewards tas-Sigurtà għandhom japplikaw permezz fl-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija, u jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa, fosthom: dokument ta’ identifikazzjoni, ċertifikati ta’ taħriġ,
ċertifikat ta’ kondotta nadifa, dikjarazzjoni li ma għandhomx interess finanzjarju jew ieħor li jista’ jikkonflitta mas-servizz li ser jipprovdu bħala steward u referenzi minn impjegaturi preċedenti jekk applikabbli. Il-proċess tal-applikazzjoni jinkludi miżata, u mal-approvazzjoni, il-ħruġ tal-liċenzja hija valida għal sena.
- Ħlasijiet: Il-miżata għall-applikazzjoni għal Liċenzja ta’ Steward tas-Sigurtà hija ta’ erbgħa u għoxrin ewro (€24). Il-miżata annwali għat-tiġdid tal-liċenzja hija ta’ tnax-il ewro (€12). Id-detenturi tal-liċenzja jridu jagħtu prova tal-attendenza f’kors ta’ aġġornament ta’ 10 sigħat kull sena għat-tiġdid.
Rekwiżiti u Kundizzjonijiet
- Taħriġ u Ċertifikazzjoni: Persuni li jixtiequ japplikaw għal liċenzja għandhom jattendu mill-inqas għoxrin siegħa ta’ taħriġ approvat, u jippreżentaw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni flimkien ma’ ċertifikat validu tal-ewwel għajnuna maħruġ minn entità akkreditata, li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissarju tal-Pulizija.
- Tiġdid u Taħriġ Kontinwu: It-tiġdid tal-liċenzja jiddependi mill-kumpliment ta’ mill-inqas għaxar sigħat ta’ taħriġ kontinwu kull sentejn, sabiex jiġi żgurat li l-istaff tas-sigurtà jibqa’ aġġornat dwar id-dmirijiet tiegħu u kull tibdil fil-liġijiet jew regolamenti rilevanti.
- Servizzi ta’ Stewards tas-Sigurtà: Is-servizzi ta’ stewards tas-sigurtà jistgħu jkunu pprovduti biss minn aġenziji li għandhom liċenzja valida skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Istewards tas-Sigurtà f’Postijiet Sportivi, Kap. 650 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija
Indirizz: Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana, FRN 1530
Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30 AM – 2:15 PM*
(Magħluqin għal kwarta brejk min-12:00 PM sal-12:15 PM)Imejl: [email protected]
Telefon: 21224001
Aġenziji Awtorizzati ta’ Taħriġ Akkademiku għal Stewards tas-Sigurtà
Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għandu l-awtorità li japprova l-forniment ta’ taħriġ akkademiku meħtieġ sabiex individwu jikseb jew iżomm liċenzja bħala steward tas-sigurtà. Tali programmi ta’ taħriġ jiġu approvati wara konsultazzjoni mal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti. Il-fornituri ta’ taħriġ akkademiku jkunu suġġetti għal akkreditazzjoni annwali mill-Kummissarju tal-Pulizija, li tikkonferma l-konformità mal-istandards stabbiliti. Il-ħlas applikabbli li għandu jitħallas mal-approvazzjoni mill-Kummissarju huwa ta’ mitejn u erbgħin ewro (€240). Individwi li jixtiequ jiksbu liċenzja f’dan is-settur għandhom itemmu t-taħriġ tagħhom ma’ wieħed mill-fornituri awtorizzati elenkati hawn taħt:
- Bħalissa mhemmx fornituri awtorizzati.
Aġenzija ta’ Stewards tas-Sigurtà
Aġenzija tas-Security Stewards hija kull persuna jew organizzazzjoni liċenzjata biex tipprovdi security stewards imħarrġa f’postijiet sportivi. Biex ikunu liċenzjati mill-Kummissarju tal-Pulizija, l-applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni formali, jgħaddu minn kontrolli fl-isfond (kondotta nadifa) – ikollhom assigurazzjoni ta’ indennizz u jħallsu l-miżati preskritti. Aġenziji liċenzjati biss jistgħu jipprovdu security stewards għall-avvenimenti.
Applikazzjoni
- Sottomissjoni tal-Applikazzjoni: Kull persuna jew korp li jixtieq jopera bħala Aġenzija ta’ Stewards tas-Sigurtà liċenzjata għandu japplika permezz tal-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija. L-applikazzjoni għandha tkun bil-miktub u tinkludi d-dokumentazzjoni li ġejja, kif mitlub taħt l-Att dwar l-Istewards tas-Sigurtà f’Postijiet Sportivi, 2025:
-
- Lista sħiħa tar-rappreżentanti tal-kumpanija (diretturi, azzjonisti, eċċ.), inklużi n-numri tal-karta tal-identità u l-indirizzi residenzjali, maħruġa mir-Reġistru tal-Kumpaniji ta’ Malta (MBR) u iffirmata u timbrata kif xieraq.
-
- Riżoluzzjoni ċċertifikata tad-diretturi li tinnomina direttur wieħed biex jaġixxi f’isem il-kumpanija.
-
- Lista tal-istaff tas-sigurtà impjegat mill-aġenzija, inklużi n-numri tal-karta tal-identità u kopji tal-liċenzji validi tagħhom.
-
- Kopja tal-Memorandum u l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija.
-
- Dikjarazzjoni finanzjarja tal-aħħar tliet (3) snin ta’ attività kummerċjali. Fejn meħtieġ mil-liġi, dawn għandhom ikunu verifikati minn awditur.
-
- Dikjarazzjoni ffirmata mill-applikant li tikkonferma li ma teżistix ebda forma ta’ interess finanzjarju jew ieħor li jista’ joħloq kunflitt mal-provvista tas-servizzi ta’ steward tas-sigurtà.
-
- Ċertifikat ta’ kondotta nadifa għal kull direttur jew rappreżentant legali tal-aġenzija.
-
- Polza ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz (oriġinali u kopja) li tkopri l-perjodu kollu tal-liċenzja, għal minimu ta’ mitejn u tlettin elf ewro (€230,000).
-
- Ritratti tal-uniformijiet li se jintużaw mill-aġenzija.
- Miżati: Miżata ta’ applikazzjoni ta’ mitejn u erbgħin ewro €240. Miżata annwali għat-tiġdid: €12 għal kull steward impjegat, suġġett għal minimu ta’ €240 u massimu ta’ €1,200 fis-sena.
