(PR 144/26)

Żewġt irġiel arrestati fuq pussess ta’ droga

Żewġt irġiel ġew arrestati meta waqt kontrolli tat-traffiku li saru lbieraħ, instabu fil-pussess tad-droga, allegatament lesti għat-traffikar.

Fl-ewwel każ, raġel ta’ 26 sena residenti ż-Żejtun, ġie arrestat waqt kontrolli tat-traffiku f’Dawret il-Gudja, il-Gudja. Waqt li kien qed jiġi mitkellem, ir-raġel deher jitfa’ xi ħaġa fuq is-seat ta’ wara. Minn tfittxija li saret fuqu u fil-vettura, instabu qratas b’sustanzi suspettati ħaxixa tal-kannabis, MDMA, madwar 20 pillola suspettati ecstasy u qartas bi trab roża, kif ukoll tliet mobiles u flus kontanti.

Għaldaqstant, it-tfittxijiet komplew fir-residenza fejn jgħix fi Triq l-Isqof Antonia Zahra, iż-Żejtun. Hemmhekk il-Pulizija sabu grinders u boroż bi frak ta’ sustanza suspetata kannabis kif ukoll flus u arma tan-nar falza.

Intant, aktar tard, waqt kontroll ieħor tat-traffiku fil-Bypass tal-Imrieħel, raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkra, kien arrestat wara li qajjem suspett li seta għandu xi sustanzi illegali fil-karozza. Saret tfittxija u nstabu qratas b’sustanzi suspettati kannabis, kokaina, trab roża u grinder.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.