(PR 591/25)

Żewġt irġiel arrestati ftit ħin wara li wettqu serqa

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa (0030hrs), il-Pulizija rċevew rapport dwar serqa minn ħanut fi Triq Birkirkara, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li żewġt irġiel, armati b’arma li taqta u bil-ponta, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 26 sena residenti l-Fgura. F’dak il-mument, il-kaxxier mbotta vetrina fuq l-aggressuri, iżda wieħed minnhom xejjer l-arma u laqat lill-ħaddiem f’idu qabel ma’ ħarbu jiġru minn fuq il-post.

Immedjatament bdew it-tfittxijiet u rriżulta li ż-żewġ suspettati kienu ħarbu b’vettura li kienet insterqet ftit tal-ħin qabel minn Ħal Qormi.

Ftit wara s-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs), waqt tfittxijiet fi Triq in-Naxxar, San Ġwann, uffiċjali tal-Pulizija lemħu l-istess vettura pparkjata, b’żewġt irġiel fiha, li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħataw tal-persuni li allegatament wettqu s-serqa.

Raġel ta’ 51 sena residenti Santa Venera li kien fuq in-naħa tax-xufier u raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Qormi ġew arrestati u fi tfittxijiet li saru, il-Pulizija sabet sikkina, ingwanti u diversi għodda.

Aktar tard il-kaxxier kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat Dr. Joseph Mifsud LL.D kien infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadħom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.