Żewġt irġiel arrestati fil-Ħamrun

(PR 712/24)

Investigazzjonijiet tal-Pulizija fil-ġlieda kontinwa kontra t-traffikar tad-droga, wasslu biex kmieni dalgħodu ġew arrestati żewġt irġiel fil-Ħamrun.

Wara informazzjoni li ż-żewġ suspettati – ta’ 31 sena residenti Bormla u ta’ 26 sena residenti l-Belt Valletta – kienu qegħdin jiffrekwentaw l-akwati ta’ Triq Manuel Magri, il-Ħamrun fejn allegatament kien qiegħed isir it-traffikar tad-droga, il-Pulizija bdiet sorveljanza fuq il-post.

Dalgħodu, għal xi s-sebgħa (0700hrs), il-Pulizija nnutat liż-żewġ suspettati jaslu fuq il-post b’karozza u mutur. Huma twaqqfu minnufih u saret tfittxija fuqhom, fejn instabu fil-pussess ta’ aktar minn mitt qartas, allegatament droga kokaina.

Waqt li saret tfittxija f’appartament ta’ wieħed mis-suspettati fejn ġew elevati xi dokumenti, saret ukoll tfittxija f’appartament fil-Mosta li wkoll jiġi ffrekwentat minn wieħed mill-arrestati, li minnu ġew elevati aktar qratas suspettati droga kokaina u eroina, kif ukoll madwar €20,000 fi flus kontanti.

Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D qiegħed imexxi inkjesta.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.