(PR 112/26)

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga
f’San Pawl il-Baħar

Il-ħidma tal-Korp tal-Pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ żewġt irġiel wara operazzjonijiet ikkoordinati mwettqa f’San Pawl il-Baħar.

Wara jiem ta’ osservazzjonijiet u investigazzjonijiet, il-Pulizija wettqet żewġ operazzjonijiet fl-istess ħin — waħda fiż-żona f’Ta’ Fra Ben u oħra f’residenza fi Triq ix-Xolfa.


Matul l-ewwel operazzjoni f’Ta’ Fra Ben, l-uffiċjali osservaw raġel, li għandu 27 sena u huwa mill-Gambja, allegatament ibiegħ id-droga. Huwa twaqqaf immedjatament u saritlu tfittxija, li matulha nstabet sustanza suspettata kannabis. Aktar tfittxijiet li saru fl-istess żona, moħbija taħt zkuk tal-injam u friegħi, il-Pulizija sabu borża tal-plastik li fiha kien hemm numru ta’ qratas bl-istess sustanza.

Fl-istess ħin, matul it-tieni operazzjoni, l-uffiċjali daħlu f’residenza fi Triq ix-Xolfa. Hemmhekk, ġie arrestat it-tieni persuna, raġel ta’ 34 sena mill-Mali, u wara tfittxija fil-post, f’diversi kmamar, il-pulizija sabu diversi qratas b’sustanza suspettata kannabis wkoll.

B’kollox, fiż-żewġ każijiet, instabu mal-75 qartas droga.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ħatret inkjesta, filwaqt li l-irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija għal aktar stħarriġ u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

Dawn l-arresti ikomplu jsaħħu l-messaġġ tal-Pulizija ta’ tolleranza żero lejn kull forma ta’ abbuż u attività llegali fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.