PR 567 26

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

Sorveljanza oħra b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Għaxaq u raġel ta’ 46 sena residenti r-Rabat, Għawdex. Huma nstabu fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga u armi tan-nar.

Iż-żewġt irġiel twaqqfu aktar kmieni llum f’Raħal il-Ġdid, waqt li kienu f’vettura Ford Ranger. Minn tfittxija li saret fil-vettura instabu madwar 5 kilogrammi droga suspettata kannabis, kif ukoll arma tan-nar bil-munizzjon fiha.

Minn hemm il-Pulizija kompliet bi tfittxijiet f’residenza fil-Ħamrun fejn moħbija nstabu madwar 4 kilogrammi oħra sustanza suspettata kannabis, 3 kilogrammi droga suspettata kokaina, ammont ta’ flus kontanti, kif ukoll pressa industrijali li tintuża biex tiġi ppakjata d-droga.

Tfittxija oħra saret f’residenza f’Ħal Għaxaq fejn ġie ikkonfiskat ammont ta’ droga eroina kif ukoll arma tan-nar oħra.

Inkjesta mill-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li l-irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.