(PR 100/26)

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-Marsa

Waqt li lbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs) l-Pulizija kienu fuq ronda ta’ rutina fi Triq Il-Marsa, il-Marsa nnutaw grupp ta’ persuni li qajmu suspett.

Il-pulizija waqqfu lil dawn il-persuni u minn tfittxijiet li saru fuq Somalu ta’ 31 sena residenti l-Marsa, instabu 60 qartas b’sustanza suspettata kannabis sintetika, filwaqt li fuq Somalu ieħor ta’ 30 sena residenti San Ġwann, instabu 7 qratas oħra bl-istess sustanza, flimkien ma’ flus kontanti.

Iż-żewġ persuni ġew arrestati, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.