(PR 157/26)

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ ċirku ta’
kriminalità internazzjonali tad-droga

Matul il-jumejn illi għaddew, il-Pulizija wettqet b’suċċess żewġ arresti b’rabta ma’ allegat importazzjoni u traffikar tad-droga, u li kienu qegħdin joperaw flimkien f’ċirku ta’ kriminalità internazzjonali.

Fl-ewwel ħidma, il-Pulizija arrestat Olandiż ta’ 54 sena li kien għadu kemm wasal Malta nhar it-Tlieta fuq titjira minn Brussell. Moħbi fil-qalziet huwa nstab iġorr madwar kilo sustanza suspettata kokaina b’valur fit-triq li taqbeż il-€130,000.


Mill-investigazzjonijiet estensivi illi saru, din id-droga kienet se titwassal lil persuna li allegatament huwa suspettat prinċipali li kien qed jopera l-allegat traffikar f’pajjiżna. Wara osservazzjonijiet fit-tul, ilbieraħ waranofsinhar, il-Pulizija arrestat lil din il-persuna, Marokkin ta’ 43 sena, fl-Imsida.

Tfittxijiet li saru fir-residenza tiegħu, il-Pulizija ssekwestrat aktar minn €45,000 fi flus kontanti, vettura Maserati, kif ukoll arloġġi, ġojjellerija, ħwejjeġ, żraben u basktijiet tad-ditta.

B’rabta ma’ dawn l-arresti infetħet Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D.

Iż-żewġt irġiel qegħdin jinżammu arrestati u mistenni jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu (1130hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D u jkunu akkużati bl-importazzjoni, pussess u traffikar tad-droga, ħasil tal-flus u kriminalità organizzata.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.