(PR 74/26 )

Żewġ persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Raġel u mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni dagħlodu.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta ta’ l-għaxra u nofs ta’ filgħodu (1030hrs), fi Triq tal-Providenza s-Siġġiewi. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 50 sena minn Ħaż-Żabbar, tilfet il-kontroll tal-vettura ta’ l-għamla Toyota Auris u ħabtet f’ħajt. Fil-vettura magħha kien hemm ukoll mara ta’ 28 sena residenti Ħal Safi.
It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax nieqes kwart ta’ filgħodu (1045hrs), fi Triq Burmarrad, Burmarrad. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti s-Swieqi.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u x-xufier tal-mutur kif ukoll il-passiġġiera ta’ 28 sena li kienet fil-vettura Toyota ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.