(PR 95/26)

Żewġ persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Ilbieraħ u kmieni dalgħodu, raġel u mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija (2215hrs), fi Triq Birkirkara, San Ġiljan. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Kroat ta’ 45 sena u jgħix San Ġiljan, tilef il-kontroll tal-mutur TVS Jupiter 125 li kien qed isuq u waqa’.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-ħamsa ta’ dalgħodu (0500hrs), fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 35 sena u resident r-Rabat, sofriet xi ġrieħi wara li tilfet il-kontroll tal-Ford Fiesta li kienet qiegħda ssuq u nqalbet.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti fejn iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.