(PR 80/26)

Żewġ persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Ilbieraħ, mara u tifel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija (1700hrs), fi Triq l-Isperanza, il-Mosta. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn mutur Niu li kien qed jiġi misjuq minn mara ta’ 54 sena residenti l-Mosta u Jeep misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti l-Mosta.

It-tieni inċident seħħ ukoll għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija (1700hrs), fi Triq il-Kappuċċini, Ħaż-Żabbar. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti ż-Żurrieq u scooter misjuq minn tifel ta’ 15-il sena residenti Ħaż-Żabbar.


Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti fejn il-mara u t-tifel ittieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.