(PR 434/26)

Żewġ persuni jitilfu ħajjithom f’inċident fuq il-baħar

Raġel ta’ 43 sena u ibnu ta’ 5 snin minn San Pawl il-Baħar, matul il-lejl illi għadda tilfu ħajjithom wara li ntlaqtu minn dgħajsa waqt li kienu fuq dinghy żgħir, fil-bajja tal-Ġnejna.

L-inċident seħħ ftit wara s-siegħa ta’ dalgħodu (0100hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza wara li dgħajsa, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti r-Rabat, aktarx laqat dinghy f’nofs ta’ baħar.

Minnufih ġew infurmati l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li bdew tfittxija fil-baħar fiż-żona indikata għall-persuni li kienu fuq id-dinghy.

Wara ftit ħin l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabu bla ħajja l-missier u t-tifel, bil-kadavri jittellgħu fuq il-moll u wara ttieħdu lejn il-kamra mortwarja. Sadanittant, id-dinghy, li sofra ħsarat konsiderevoli, kif ukoll id-dgħajsa involuta ttellgħu l-art.

Minn aktar stħarriġ li sar irriżulta li ftit ħin biss qabel l-inċident, il-missier u t-tifel niżlu minn fuq dgħajsa oħra li kienet ankrata ‘l barra mill-bajja tal-Ġnejna u marru dawra fuq dinghy żgħir. Madankollu kien f’dan il-mumenti li seħħet il-ħabta bejn id-dagħjsa u d-dinghy.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D qed imexxi inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.