(PR 356/26)

Tliet persuni arrestati b’rabta ma’ kultivazzjoni illegali tal-kannabis
Tissokta l-ħidma tal-Pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, bl-arrest ta’ żewġ persuni oħra u s-sejba ta’ madwar 100 gramma sustanza allegatament eroina, b’valur fis-suq ta’ kważi €13,000.
Fl-aħħar jiem il-Pulizija wettqet sorveljanza fuq raġel ta’ 49 sena, residenti Ħal Għaxaq, li allegatament huwa suspettat fit-traffikar tad-droga. Din is-sorveljanza waslet biex ġew innutati movimenti suspettużi minn din il-persuna. Huwa deher kemm-il darba jiffrekwenta żona fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ, fejn ilbierah filgħodu twaqqaf mill-Pulizija waqt li kien qed jagħmel użu minn vettura Range Rover.
Minn tfittxija li saret fuqu nstabet blokka b’sustanza suspettata eroina, filwaqt li fi tfittxija f’ħajt fil-viċin instabu żewġ blokok oħra ta’ l-istess droga.
It-tfittxijiet komplew fir-residenza tar-raġel f’Ħal Għaxaq u f’residenza ta’ mara ta’ 29 sena f’Ħal Tarxien. Minn dawn il-postijiet ġew elevati diversi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga, numru ta’ mowbajls u ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borġ Galea LL.D li ħatret inkjesta.
Ir-raġel ser jitressaq il-Qorti dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u nofs (1030hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Lara Lanfranco LL.D.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.