(PR 457/26)


Żewġ ċittadini ta’ pajjiżi terzi rritornati lejn il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom


Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta wettaq b’suċċess żewġ operazzjonijiet ta’ ritorn matul din il-ġimgħa, li permezz tagħhom żewġ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ġew irritornati lejn il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom fl-Afrika ta’ Fuq.

Wieħed minn dawn l-individwi kien diġà serva sentenza ta’ priġunerija wara li nstab ħati b’rabta ma’ attentat ta’ qtil ta’ raġel fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, fl-2016

. It-tieni individwu kien instab ħati li għamel użu minn passaport iffalsifikat. Wara li ġew eżawriti l-proċeduri kollha meħtieġa, dan ukoll ġie rritornat lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

Fiż-żewġ każijiet, inħarġu projbizzjonijiet fuq id-dħul li jipprojbixxu lil dawn l-individwi milli jerġgħu jidħlu fiż-Żona Schengen. B’dawn iż-żewġ operazzjonijiet, it-total ta’ persuni li ġew deportati minn Malta matul din is-sena tela’ għal 19-il persuna.

Il-messagg huwa ċar: Malta tilqa’ lil min jirrispetta l-liġijiet tagħha, iżda mhux se tittollera l-illegalità, il-kriminalità jew l-abbuż mis-sistema.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.