Żagħżugħ bi ġrieħi gravi f’San Ġiljan

(PR 297/25)

Dalgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa (0500hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna sofriet xi ġrieħi waqt argument li seħħ fi Triq Spinola, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn f’appartament fl-imsemmija triq sabet tliet irġiel li allegaw li ġew attakati minn tliet irġiel oħra b’arma li taqta u bil-ponta sabiex jisirquhom, u wara ħarbu minn fuq il-post.
Tim mediku wasal fuq il-post ftit tal-ħin wara u wieħed mill-irġiel, Ingliż ta’ 22 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi. Iż-żewġ persuni l-oħra, li huma wkoll Ingliżi, ma weġġgħux.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex jiġu identifikati l-persuni involuti f’dan il-każ, filwaqt li l-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D, ħatar inkjesta dwar il-każ.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.