Żagħżugħ arrestat b’rabta ma’ sewqan perikoluż

(PR 572/25)

Żagħżugħ ta’ 19-il residenti l-Mellieħa qiegħed jinżamm arrestat wara li nqabad isuq b’manjiera perikoluża, f’Pembroke.

Kienu għall-ħabta tal-għaxra u nofs (2230hrs) ta’ filgħaxija, meta waqt rondi li kienu qegħdin isiru fl-akwati ta’ Pembroke, b’rabta ma’ attività tal-halloween, il-Pulizija innutaw BMW tinstaq b’manjiera perikoluża fi Triq Tobruk fejn kienu qegħdin jaqsmu tfal u adoloxxenti, b’periklu kbir għalihom.

B’hekk il-pulizija ordnaw lix-xufier biex jieqaf ħalli jkellmuh. Minflokk, il-vettura nstaqet b’veloċità kbira qalb żona residenzjali, f’karreġjati opposti u anke f’toroq ‘one way’, fejn ukoll dak il-ħin kien hemm hemm numru ta’ tfal u ġenituri.

Il-karozza baqgħet tinstaq lejn il-Bajja ta’ San Ġorġ, fejn din tħalliet abbandunata bix-xufier ħarab bil-ġiri minn fuq il-post. Madankollu huwa ġie arrestat ftit mumenti biss wara.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti, illum għal xi nofsinhar (1200hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Charmaine Galea LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.