Żagħżugħ arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ droga

(PR 701/24)

Żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Santa Venera, qiegħed jinżamm arrestat wara li nqabad filpussess ta’ diversi tipi ta’ droga, allegatament sabiex tinbiegħ.

Ilbieraħ filgħodu, waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar, innotaw tliet
żgħażagħ suspettużi u għaldaqstant saret tfittxija fuqhom. Fil-pussess ta’ wieħed minnhom
instabu diversi sustanzi differenti allegatament droga, kif ukoll miżien elettroniku, madwar €1,100
fi flus kontanti u sikkina kbira. Iż-żagħżugħ ġie arrestat u eskortat lejn l-Għassa tal-Qawra.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs) quddiem il-Maġistrat Dr
Giannella Camilleri Busuttil LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.