PR 569 26

Żewġ Ingliżi arrestati fl-ajruport

Żewġ Ingliżi, raġel ta’ 33 sena u mara ta’ 32 sena, nhar l-Erbgħa bil-lejl kienu arrestati fl-ajruport waqt li allegatament kienu qegħdin jitraffikaw id-droga.

Kienu għal xi l-ħdax (2300hrs), meta l-pulizija irċeviet telefonata anonima li fis-sala tat-tluq kien hemm mara u raġel, allegatament ibiegħu d-droga. Wara li l-pulizija ngħatat deskrizzjoni tagħhom, minnufih bdiet tfittxija għaż-żewġ persuni, fejn dawn instabu ftit tal-ħin biss wara fis-sular t’isfel tal-ajruport u ġew arrestati.

Minn analiżi li saru dak il-ħin minn fuq kameras tas-sigurtà, ġie stabbilit li kienu qegħdin jagħmlu użu minn vettura li kienet ipparkkjata fil-parkeġġ tal-istess ajruport. Għaldaqstant saret tfittxija fil-vettura fejn fiha nstabu erba’ qratas b’sustanza suspettata kokaina, żewġ qratas b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, seba’ pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll 54 flixkun b’Nitrous Oxide, magħruf bħala laughing gas, u madwar €1,000 fi flus kontanti.

Iż-żewġ persuni qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija u huma mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.