(PR 262/26)

Tnejn iweġġgħu wara inċident bil-quadbike

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija (2015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Sannat, is-Sannat, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel mill-Estonja ta’ 43 sena, li kien qiegħed isuq quadbike u miegħu kellu mara mill-Filippini ta’ 49 sena bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u waqgħu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.