Tnejn arrestati f’Tal-Pietà b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

(PR 89/25)

Il-ħidma kontinwa tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga wasslet biex kmieni dalgħodu jiġu arrestati żewġt irġiel wara li allegatament kienu qegħdin jittraffikaw id-droga.

Wara ġranet ta’ sorveljanza fuq stabbilmenti fi Triq Qrajten, Tal-Pietà, dalgħodu l-Pulizija avviċinaw stabbiliment fejn innutaw liż-żewġt irġiel fuq barra tiegħu jgħaddu xi affarijiet lil xulxin.

Tfittxija li saret fuq wieħed mill-irġiel instabu qratas ta’ sustanza suspettata droga eroina, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati, filwaqt li r-raġel l-ieħor ukoll inżamm arrestat sabiex jgħin fl-investigazzjoni li tinsab għaddejja.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.