Tnejn arrestati b’rabta ma’ serq

(PR 570/25)

Żewġt irġiel ta’ 38 u 51 sena ġew arrestati wara investigazzjonijiet b’rabta’ ma’ serqa u attentat ta’ serqa minn residenzi privati ta’ anzjani, fl-Imġarr u Ħal Għaxaq.

L-ewwel każ seħħ fid-19 ta’ Ottubru, f’residenza li tinsab fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li persuna jew persuni mhux magħrufa kienu sgassaw il-bieb ta’ barra ta’ residenza u minnha kienu nsterqu madwar €18,000 fi flus kontanti.

It-tieni każ seħħ fis-26 ta’ Ottubru, meta l-Pulizija ġew infurmati li persuna sgassat bieb ta’ barra ta’ dar li tinsab fi Triq San Filippu, f’Ħal Għaxaq. Iżda għal xi raġuni, l-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma laħaq daħal.

B’rabta ma’ dawn il-każijiet, ġew identifikati ż-żewġt irġiel li allegatament huma nvoluti. Huma mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (1330hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Marseann Farrugia LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.