Tnejn arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ sustanzi illegali

(PR 68/25)

Żewġ investigazzjonijiet separati b’rabta ma’ importazzjoni ta’ droga u sustanzi oħra illegali, wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel.

Fl-ewwel każ, raġel ta’ 25 sena mill-Bożnija-Ħerzegovina, ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan hekk kif waqt tfittxijiet ta’ rutina li kienu qegħdin isiru fuq passiġġieri differenti, ir-raġel, li kien għadu kemm wasal Malta fuq titjiera minn Barċellona, deher jaġixxi b’mod suspettuż.

Għaldaqstant wara tfittxija li saret fil-bagalja, bl-assistenza ta’ uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, instabu seba’ pakketti li fihom kien hemm madwar 8 kilogrammi sustanza suspettata kannabis.

F’investigazzjoni oħra, raġel ta’ 33 sena mill-Ġordan kien arrestat wara li mill-investigazzjonijiet irriżulta li allegatament bidel residenza f’post biex tiġi mmanifatturata sustanza illegali ta’ GHB u droga sintetika oħra.

Dan irriżulta wara li aktar qabel il-Pulizija kkonfiskat pakkett suspettuż li wasal bil-posta, indirizzatat lir-raġel fir-residenza fl-Imġarr. Fl-istess residenza l-Pulizija sabet ukoll numru ta’ pakketti b’sustanza bajda, allegatament kokaina.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.