Tnejn arrestati b’rabta ma’ allegat importazzjoni tad-droga

(PR 403/25)

Raġel u mara ġew arrestati matul il-lejl wara li fil-pussess tagħhom instabu diversi sustanzi suspettati droga, b’valur fis-suq li jlaħħaq madwar mas-€650,000.

Iż-żewġ persuni, raġel mill-Montenegro ta’ 27 sena u Serbjana ta’ 27 sena wkoll, kienu f’Volkswagen misjuqa mir-raġel. Huma twaqqfu ftit wara li waslu Malta bil-katamaran minn Sqallija fuq suspett ta’ traffikar u importazzjoni tad-droga mill-Italja.

Il-karozza ttieħdet fil-garaxx tal-Pulizija u minn tfittxijiet li saru, f’kompartamenti foloz li kien hemm fil-qiegħ u fuq wara tal-vettura, instabu diversi pakketti bid-droga. B’kollox instabu madwar 15-il kilo ta’ sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, 3 kili ta’ sustanza suspettata kokaina kif ukoll mijiet ta’ pilloli roża suspettati ectasy.

Membri mid-Dipartiment tad-Dwana assistew lill-Pulizija waqt din l-operazzjoni.

Bis-sejba kien infurmat il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D li ħatar inkjesta, filwaqt li ż-żewġ persuni qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.