Tnejn arrestati b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ kokaina

(PR 587/24)

Żewġ Taljani ġew arrestati tard it-Tlieta bil-lejl wara li fil-pussess tagħhom instabu mal-erba’ kilogrammi sustanza suspettata droga kokaina, bil-valur fis-suq tlaħħaq madwar €500,000.

Iż-żewġ persuni, mara ta’ 46 sena u ġuvni ta’ 18-il sena, kienu f’Mercedes misjuqa mill-mara. Huma twaqqfu ftit wara li waslu Malta bil-katamaran minn Sqallija fuq suspett ta’ traffikar u importazzjoni tad-droga mill-Italja.

Minħabba f’hekk, il-karozza ttieħdet fil-garaxx tal-Pulizija u minn tfittxijiet li saru, f’kompartament falz f’qiegħ il-vettura nstabu erba’ pakketti bid-droga li kienu jiżnu madwar kilo kull pakkett, kif ukoll €1,000 fi flus kontanti.

Membri mid-Dipartiment tad-Dwana assistew lill-Pulizija waqt din l-operazzjoni.

Iż-żewġ persuni qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana u mistennija jitressqu l-Qorti, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.