Tlieta arrestati f’San Ġiljan

(PR 65/25)

Raġel ta’ 24 sena residenti Wied il-Għajn, u żewġ irġiel ta’ 28 sena u 27 sena minn Ħaż-Żabbar, qegħdin jinżammu arrestati wara argument li seħħ aktar kmieni dalgħodu f’San Ġiljan. Waqt l-arrest, tliet pulizija weġġgħu ħafif.

Kienu għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ dalgħodu (0430hrs), meta l-pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Dragunara.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn sabu grupp ta’ persuni bi flixken tal-ħġieġ f’idejhom. Waqt li l-Pulizija kienet qed tikkalma s-sitwazzjoni, ir-raġel ta’ 24 sena allegatament resaq lejn il-Pulizija b’mod aggressiv bil-flixkun imkisser u għalhekk kien kostrett li jintuża’ it-taser gun. Fl-istess ħin, ir-raġel ta’ 28 sena aggredixxa Pulizija ieħor.

Tim mediku ta l-assistenza lill-persuni involuti u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

Aktar tard, il-ġuvni ta’ 28 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi kawża tal-argument li kellu mal-persuni l-oħra, filwaqt li ż-żewġt irġiel l-oħra ma weġġgħux.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. It-tliet irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.