(PR 335/26)

Tlieta arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga
Tliet persuni ġew arrestati lbieraħ waranofsinhar fil-Mosta, wara investigazzjoni b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga. Din l-investigazzjoni waslet għas-sejba ta’ madwar 1.3 kilogrammi sustanza allegatament kokaina, b’valur fis suq li jlaħħaq il-€160,000.
Fl-aħħar jiem il-Pulizija wettqet sorveljanza fuq raġel ta’ 31 sena, li allegatament huwa s-suspettat ewlieni fit-traffikar tad-droga. Din is-sorveljanza waslet biex ġew innutati movimenti suspettużi minn din il-persuna, l-iktar matul il-lejl.
Huwa deher kemm-il darba joħroġ minn residenza fi Triq Grognet u jiffrekwenta appartament fi Triq Rużar Briffa fejn allegatament kienu joqgħodu ż-żewġ persuni l-oħra, raġel ta’ 33 sena u mara ta’ 31 sena.
Minn tfittxija li saret fiż-żewġ residenza, minbarra d-droga kokaina, ġew elevati wkoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga, kif ukoll numru ta’ mobiles u ġojjellerija.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta. Il-persuni arrestati qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija l-Floriana u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.