(PR 632/25)

Tlieta arrestati b’rabta ma’ serqa fil-Gżira

Din l-Istqarrija Stampa qed tiġi kkomunikata bħala aġġornament għall-Istqarrija Stampa PR 614/25, maħruġa fid-29 ta’ Novembru, 2025, b’rabta ma’ serqa li seħħet minn ħanut tal-logħob fi Triq D’Argens fil-Gżira.

Investigazzjonijiet intensivi wasslu biex fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat u arrestat lis-suspettati, żewġt irġiel, wieħed ta’ 33 sena minn Birżebbuġa u ieħor ta’ 29 sena minn Birkirkara, u mara ta’ 42 sena minn Wied il-Għajn.

Fis-serqa, l-allegati ħallelin ħarbu b’ammont ta’ flus kontanti. Impjegata fil-ħanut, mara ta’ 35 sena ma weġġgħetx.

It-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar (1400hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Lara Lanfranco LL.D. .D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.