Tlieta arrestati b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ droga

(PR 710/24)

Il-Ġimgħa waranofsinhar ġew arrestati tliet żgħażagħ, tnejn mill-Maċedonja u Bulgaru, b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ droga.
Dan hekk kif mill-investigazzjonijiet li saru ġie identifikat pakkett, indirizzat lil wieħed miż-żgħażagħ, li kien ġej minn barra minn Malta, b’żewġ kilogrammi droga suspettata kannabis b’valur fis-suq li jaqbeż il-€15,000.
Il-Pulizija għamlet ukoll tfittxija f’residenza f’Wied il-Għajn u flimkien mal-pakkett instabu wkoll xi qratas b’sustanza suspettata kokaina flimkien ma’ imwieżen u numru ta’ mobiles.
Huma qed jinżammu arrestati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.