(PR 613/25)

Tliet persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Raġel u żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar (1400hrs), fi Triq San Luqa, Tal-Pietà. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti tal-Pietà u karozza Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti Pembroke.

It-tieni inċident ġara illum, għal xi s-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs), fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Mini Cooper D misjuqa minn Franċiża ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema u Audi Q2 misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Ħal Tarxien. Fil-Mini kien hemm ukoll Franċiża ta’ 49 sena u tgħix f’Tas-Sliema.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u r-raġel u ż-żewġ nisa ta’ 38 u 49 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, ir-raġel u l-mara ta’ 49 sena ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi, filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.