Tliet persuni arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga

(PR 580/25)

Tissokta l-ħidma tal-pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.

Wara li fl-aħħar jiem il-Pulizija wettqet sorveljanza fuq żewġt irġiel u mara, li allegatament kienu qegħdin joperaw ċirku ta’ traffikar tad-droga, huma ġew arrestati l-Ġimgħa filgħodu.

F’rejd li l-Pulizija wettqet f’residenza f’San Ġwann, li minnha allegatament kienet qiegħda tiġi ppreparata d-droga, il-Pulizija arrestat raġel ta’ 40 sena. Tfittxija fil-post wasslet għas-sejba ta’ madwar 300 gramma kokaina, imqassma f’diversi pakketti żgħar li juri li kienu qegħdin jiġu ppreparati biex jinbiegħu, kif ukoll oġġetti oħra relatati mal-preparazzjoni tad-droga sabiex tkun ittraffikata. Il-valur tad-droga misjuba tlaħħaq ftit aktar minn €20,000.

Intant, ftit qabel, mill-istess residenza ħarġet mara ta’ 41 sena li ġiet arrestata l-Marsa.

Fl-istess waqt, il-Pulizija arrestat raġel ieħor, ta’ 32 sena, f’Bormla, li mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li allegatament kien qiegħed iqassam id-droga li kienet tkun ippreparata f’San Ġwann. Saret tfittxija fir-residenza tiegħu fil-Belt Valletta fejn instabu madwar €6,000 fi flus kontanti, kif ukoll għad ta’ ġojjellerija.

Tfittxija oħra saret f’garaxx f’San Ġwann, fejn il-pulizija issekwestrat żewġ vetturi – Mercedes u Porsche Cayenne – bħala parti mill-investigazzjonijiet.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u qiegħda tmexxi inkjesta

It-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs (1130hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Nadine Sant Lia LL.D

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.