(PR 440/26)

Tifla ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija (2300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Manikata, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li Suzuki Swift, misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Santa Venera kienet ħabtet ma’ arblu u spiċċat fil-karreġġjata opposta.

Konsegwenza t’hekk, is-Suzuki ħabtet f’karozza tal-linja, misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u vann Mercedes Sprinter misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Tim mediku kien imsejjaħ fuq il-post fejn ingħatat l-assistenza lill-mara kif ukoll lil tifla ta’ 4 snin li kienet passiġġiera fil-vettura magħha. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard it-tifla kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ma sofrietx ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.