Tifel ta’ sitt snin jitlef ħajtu

(PR 312/25)

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar (1730hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġwann, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifel ta’ 6 snin waqt li kien ma` xi familjari f’għelieqi li għandom fl-inħawi, qabad jimxi fil-madwar u tbiegħed minnhom. Kif indunaw b’hekk, huma marru jfittxuh u minnufih infurmaw lill-Pulizija.

Diversi sezzjonijiet tal-Pulizija kienu nfurmati u bdew it-tfittxijiet fiż-żona tal-madwar. Wara xi ħin, bl-użu ta’ drone tal-pulizija, it-tifel deher f’pixxina ta’ residenza oħra mitluf minn sensih. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn uffiċjali tal-Pulizija stess, b’tim mediku jassisti ftit tal-ħin wara.

It-tifel ittieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament aktar tard tilef ħajtu.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.