Tifel jitlef ħajtu f’Għawdex

(PR 564/25)

Illum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar (1315hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 37 sena u tifel ta’ 11-il sena, it-tnejn mill-Ingilterra, sabu ruħhom f’diffikultà waqt li kienu qed jgħumu.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Protezzjoni Ċivili, li bdew tfittxija intensiva, kemm permezz ta’ dinghy kif ukoll b’ħelikopter.

L-ewwel li ġie salvat mill-baħar kien it-tifel li mill-ewwel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Sadanittant, għadha għaddejja t-tfittxija għar-raġel.

ll-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D ġie infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.