Tifel f’kundizzjoni serja wara li waqa’ f’pixxina

(PR 367/25 & PR376/25)

Aġġornament: Sfortunatament, it-tifel fl-aħħar sigħat tilfet ħajjitha fl-Isptar Mater Dei

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
 
 
Aktar Kmieni: Tifel ta’ sena u erba’ xhur jinsab f’kundizzjoni serja wara li sab ruħu f’diffikultà wara li waqa’ f’pixxina ta’ residenza privata.

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija (1930hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ġnien Imrik, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lit-tifel mitluf minn sensih.

Ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u aktar tard , it-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter għal aktar assistenza medika.

Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.