Tfajla ssofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

(PR 574/25)

Ilbieraħ filgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart (0345hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li BMW 118D misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti l-Qala ħabtet f’arblu. Fil-vettura kien hemm ukoll tfajla ta’ 23 sena residenti Għajnsielem u ġuvni ta’ 21 sena residenti s-Sannat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-passiġġieri l-Isptar Ġenerali t’Ġħawdex filwaqt li x-xufiera ttieħdet aktar tard minħabba xokk. Aktar tard il-Pulizija kienet infurmata li l-ġuvni ma ġarrabx ġrieħi u t-tfajla ta’ 23 sena kienet f’qagħda stabbli.

Madankollu, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li l-kundizzjoni tat-tfajla inbidlet u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

ll-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.