(PR 329/26 & PR 330/26)

Splużjoni fin-Naxxar

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u nofs (0630hrs), il-pulizija rċeviet diversi rapporti ta’ splużjoni fl-inħawi ta’ Triq is-Salini, in-Naxxar.

Il-pulizija marru mill-ewwel fuq il-post, fejn ġie kkonfermat li l-isplużjoni kienet seħħet f’kamra tan-nar fi Triq tal-Qadi, in-Naxxar.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin b’ħidma konġunta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, sabiex jiġu stabbiliti d-dettalji, il-pulizija tavża li l-inħawi jinsabu magħluqa għat-traffiku u għaldaqstant huma mitluba li jevitaw l-inħawi.

Update (PR330/26)

Ġentilment ninfurmaw, li kif spjegat mill-uffiċjal tal-midja tal-pulizija fuq il-post iżjed kmieni, il-pulizija kkonfermat mal-persuna inkarigat minn din il-kamra tan-nar, li l-ħaddiema liċenzjati tal-post ġew ikkuntattjati u kkonfermaw li ħadd minnhom ma kien fil-post fil-ħin tal-inċident.

Raġel ta’ 67 u ieħor ta’ 47 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar u li kienu f’għelieqi fl-inħawi waqt l-isplużjoni ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fost oħrajn minħabba xokk, fejn it-tnejn ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija bl-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-istaff mediku għadhom fuq il-post sabiex jassiguraw is-sigurtà tal-inħawi.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D. qed imexxi l-inkjesta, filwaqt li l-appell jibqa’ biex il-pubbliku jevita ż-żona.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.