Spezzjonijiet tat-traffiku

(PR 115/25)

L-ispezzjonijiet ta’ kontrolli ta’ rutina tat-traffiku, bil-għan li jkun hawn toroq siguri, komplew anke matul tmiem din il-ġimgħa hekk kif inhi mistennija żieda fin-numru ta’ vetturi fit-toroq, speċjalment lejn Għawdex, minħabba l-karnival.

Fl-aħħar tlett ijiem, waqt dawn ir-roadchecks li saru kemm fl-akwati tal-bajja tal-Għadira kif ukoll f’Għawdex, twaqqfu mas-600 vettura fejn ġew spezzjonati għal xi irregolaritajiet.

Waqt li l-maġġoranza assoluta tas-sewwieqa kienu konformi mal-liġi, il-Pulizija ħarġet 37 taħrika, fosthom lil xufiera li nqabdu jsuqu mingħajr liċenzja valida tas-sewqan, użu ta’ mobile phone, kif ukoll vetturi li ma kellhomx liċenzja mwaħħla mal-windscreen. Inħarġu wkoll 8 akkużi kriminali.

Saru wkoll spezzjonijiet fir-rigward ta’ sewqan b’veloċità eċċessiva fejn inħarġu madwar 20 taħrika.

Dawn l-ispezzjonijiet ta’ rutina se jibqgħu għaddejjin matul il-jiem u ġimgħat illi ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.