Spezzjonijiet tat-traffiku madwar Malta u Għawdex

(PR 1/25)

Il-preżenza tal-Pulizija f’diversi toroq madwar il-pajjiż permezz ta’ spezzjonijiet tat-traffiku, wassal biex għal sena oħra, matul il-jiem tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, it-toroq Maltin kienu ħielsa minn inċidenti serji tat-traffiku. L-ispezzjonijiet tat-traffiku ma jsirux biss f’dawn iż-żminijiet, iżda f’dawn il-jiem tiżdied s-sorveljanza sabiex jinqatgħu l-abbużi fir-regolamenti tat-traffiku.

F’dawn l-ispezzjonijiet, il-maġġoranza assoluta tas-sewwieqa kienu konformi mar-regolamenti tat-traffiku, iżda fejn ma kienux, ittieħdet azzjoni immedjata u nħarġu t-taħrikiet kif meħtieġa.

Fl-aħħar għaxart ijiem, bejn it-22 ta’ Diċembru u l-lejl li għadda, fejn ġiet iċċelebrata tmiem u bidu ta’ sena, b’kollox saru aktar minn 170 roadchecks fejn fihom twaqqfu aktar minn 4,700 vettura u nħarġu aktar minn 400 taħrika.

Fost il-kontravenzzjonijiet li nħarġu kien hemm lil sewwieqa li nqabdu jsuqu mingħajr il-liċenzja mwaħħla; użu ta’ mobile phones waqt is-sewqan; u sewwieqa mhux lebsin iċ-ċintorin tas-sigurtà. Numru ta’ vetturi ġew ukoll irmunkati għax is-sewwieq ma ppreżentax liċenzja valida.

F’uħud minn dawn l-ispezzjonijiet intużaw is-speed gun, fejn inħarġu aktar minn 85 taħrika fuq veloċità eċċessiva. Fejn kien hemm suspett raġjonevoli, saru tfittxijiet fil-vetturi mill-klieb tal-Pulizija, kif ukoll saru testijiet tal-breathalyzer, bi 11-il persuna nstabu pożittivi.

F’uħud minn dawn l-ispezzjonijiet intużaw is-speed gun, fejn inħarġu aktar minn 85 taħrika fuq veloċità eċċessiva. Fejn kien hemm suspett raġjonevoli, saru tfittxijiet fil-vetturi mill-klieb tal-Pulizija, kif ukoll saru testijiet tal-breathalyzer, bi 11-il persuna nstabu pożittivi.

Il-Kelliem tal-Korp tal-Pulizija qal li “dawn l-ispezzjonijiet fit-toroq kienu kkoordinati mill-Korp tal-Pulizija, bl-assistenza ta’ uffiċjali minn Transport Malta. Dan l-eżerċizzju ta’ spezzjonijiet fit-toroq mhux se jieqfu fi tmiem il-festi tal-ewwel tas-sena iżda se jibqgħu għaddejjin tul is-sena kollha bil-għan li f’Malta u f’Għawdex ikun hawn toroq iżjed siguri. Il-Korp tal-Pulizija jirringrazzja lil kulħadd tal-koperazzjoni biex matul dawn il-jiem ta’ festi kellna toroq siguri u bla ebda inċident serju.”

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.